Roger Federer u Rafael Nadal se jiltaqgħu fis-semi finali għall-ewwel darba mindu ltaqgħu fil-finali tal-2008. Federer rebaħ lil Kei Nishikori 4-6 6-1 6-4 6-4 u Nadal rebaħ lil Sam Querrey 7-5 6-2 6-2.

Fl-2008 Nadal rebaħ 9-7 fil-ħames set kontra Federer f’logħba li kienet affetwata mix-xita u li spiċċat ħadet seba’ sigħat. Bejniethom irnexxielhom jirbħu għaxar titli tal-Wimbledon. Novak Djokovic ir-rebbieħ tal-Wimbledon għal erba’ darbiet, se jkun qed jilgħab fis-semi finali l-oħra kontra Roberto Bautisa Agut.

Din hija l-ewwel darba fi 12-il sena li Djokovic, Nadal u Federer irnexxielhom jagħmluha kollha mal-aħħar erbgħa.