Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) kienu involuti f’eżerċizzju ta’ taħriġ li kien jinvolvi simulazzjoni ta’ nar kbir f’post fejn ikun hemm ħażna kbira ta’ fuel.

Il-Kap tas-CPD Emmanuel Psaila qal ma’ Newsbook.com.mt li din kienet opportunità biex il-membri tas-CPD jitħarġu flimkien mal-ħaddiema tal-MOBC (Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited). Qal li dan l-eżerċizzju jrid isir kull sentejn.

Is-simulazzjoni kienet ta’ bowżer li far bil-fuel. Dan ħa n-nar u kien hemm ukoll għadd ta’ nies feruti.

Filmat: Miguela Xuereb