Nirien kbar ħakmu Plaia di Catania u ħallew dħaħen qawwijin warajhom.

Bosta nies belgħu d-dħaħen li żviluppaw min-nar fi Sqallija lbieraħ. Fost dawn kien hemm pumpier li ttieħed l-isptar. In-nies li kienu fuq il-bajja bdew imorru jiġru ġol-baħar.

Stabbiliment li qiegħed mal-bajja saritlu ħsara kbira, filwaqt li oħrajn jaf ikollhom konsegwenzi ħżiena wkoll. Il-pumpiera bdew iħeġġu lin-nies biex jibqgħu max-xatt, u biex ma jmorrux lura lejn djarhom ħalli jħallu t-toroq vojta għall-fire engines.