Raġel ta’ 44 sena ġie mmultat €1,000 u libertà kundizzjonata għal sentejn wara li nstab ħati ta’ daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal ta’ Transport Malta.  Huwa kien akkuzat li f’Ottubru li għadda hedded u weġġa’ ħafif lill-Uffiċjal ta’ Transport Malta waqt li dan kien qed jaqdi dmiru.

Il-każ seħħ fil-Birgu wara li l-uffiċjal ta ċitazzjoni lill-akkużat għax kien ipparkjat ħażin. Xhieda ta’ dan l-inċident kien hemm il-kollega tal-vittma.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Vella l-akkużat instab ħati u tal-akkużi miġjuba kontrih u ġie mmultat €1,000 kif ukoll li jħallas l-ispejjeż tal-uffiċjal inkluż in-nuċċali li kissirlu. Huma ngħata l-libertà kundizzjonata għal sentejn.

L-akkużat kien akkużat li huwa reċediv madankollu huwa ġie meħlus minn din l-akkuża.