Il-Kardinal Mauro Piacenza, il-Penitenzier Apostoliku jinsisti fuq is-Sigriet tal-Qrar

F’nota tal-Penitenzier Appostoliku approvata mill-Papa Franġisku u li ħarġet fid-dawl tad-dibbji li tqajjmu dwar dan f’każi ta’ abbużi sesswali mill-kleru, kien enfasizzat li s-Sigriet tal-Qrar huwa invjolabbli u m’għandu jinkiser taħt ebda ċirkostanza.
Il-Penitenzjarju hu anzjuż u mħasseb dwar “preġudizzju negattiv” fir-rigward tal-Knisja Kattolika minħabba tensjoni li tinħass fost il-ġerakija min-naħa u mill-abbużi riċenti mwettqa minn membri tal-Kleru fuq in-naħa l-oħra.

Dan qed iwassal biex l-opinjoni pubblika ssir ‘tribunal’ fejn ‘l-aktar informazzjoni privata u kunfidenzjali’ ssir pubblika u dan iwassal għal ġudizzji mhu meqjusa li jweġġgħu b’mod irreparabbli r-reputazzjoni ta’ oħrajn u d-dritt ta’ kull persuna li jiddefendi l-intimità tiegħu jew tagħha.

Barra minn dan hemm dawk li qed jitolbu lill-Knisja tibel is-sistema ġuridika tagħha u ġġibha konformi ma’ dik ċivili.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kardinal Mauro Piacenza, il-Penitenzjarju Ewlieni u Mons. Krzysztof Nykiel, reġġent tal-Penitenzjarji ħassew li għandhom jikkjarifikaw ċerti kunċetti “li donnhom saru estranei: is-sigriet tal-qrar, il-kunfidenzjalità tat-taħdita interna waqt il-qrar, s-sigriet professjonali u l-komunikazzjoni.

Ma jiftakarx il-Qrar

Is-sigriet invjolabbli tal-qara “ma jippermetti ebda eċċezzjoni fid-dominju ekklesjastiku u wisq anqas fid-dominju ċvili” u l-konferssuri għandhom jiddefendu dan is-sigriet anke jekk dan ikun ta’ periklu għal ħajjithom, b’lealtà lejn il-penitent. Is-saċerdot ikun qed jirrappreżenta lil Kristu u kull meta tingħata l-assoluzzjoni, issir is-salvazzjoni personali ta’ Kristu lil kul persuna.

In-nota żżid tgħid li “il-qassis jisma’ d-dnub ‘mhux bħala bniedem imma bħala Alla’, ma jkunx jaf x’intqal fil-Qrar għax dak ma semgħux bħala bniedem, imma f’isem Alla. Għalhekk jista’ jaħlef – bla ħsara għall-kuxjenza tiegħu – li ma jafx dak li jaf bħala Ministru ta’ Alla. Il-qassis hu projbit milli konxjament jiftakar il-kontenut tal-qrar u li jitkellem dwar il-qrara mal-penitient, ‘l hinn mill-konfessjonarju. Anqas il-penitent m’għandu poter li jħoll lis-saċerdot mis-sigriet tal-Qrar.

Is-saċerdot-konfessur qatt m’hu awtorizzat li “jittradixxi lill-penitent bil-kliem jew b’xi mod ieħor”, skont il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Is-sigriet tal-Qrar ikopri ‘dak kollu li l-penitent ikun akkuża lilu nnifsu bih, anke fil-każ li s-saċerdot ma jagħtix assoluzjoni”. Jekk id-dnubiet mistqarra jkunu delitt, il-konfessur qatt ma jista’ jimponi fuq il-penitent bħala kundizzjoni għall-assoluzzjoni, li jagħmel azzjoni ċivili.” Din il-kundizzjoni diġa’ teżisti fis-Sagrament li jitolob li jkun hemm “indiema sinċiera” bl-intenzjoni ferma li ma jerġax.
“Kull azzjoni politika jew leġislattiva maħsuba biex tisforza li jinkiser is-sigriet tal-Qrar, hija offiża inaċettabbli għal-Libertà tal-Knisja li ma tieħux il-leġittimità mill-Istat imma minn Alla. Dan ikun ukoll ksur tal-Libertà Reliġjuża”, wissa’ l-Penitenzier.

Direzzjoni Spiritwali
Id-Dokument jiffoka wkoll fuq il-kliem li jkun intqal “barra mill-Qrar”, f’dik li hi direzzjoni spiritwali fejn in-nisrani “jafda mas-saċerdot il-vjaġġ tal-konverżjoni tiegħu b’mod liberu u jiftaħ miegħu ‘s-sigrieti tal-kuxjenza tiegħu’ biex ikun iggwidat u megħjun. Din is-sitwazzjoni partikolari titlob “ċerta kunfidenzjalità” li toħroġ mid-“dritt ta’ kull persuna li jkollu l-intimità tiegħu jew tagħha rispettati”.

Sigrieti professjonali oħra wkoll għandhom ikunu mħarsa ħlief f’każi eċċezzjonali fejn meta jinżamm is-sigriet, jikkaġuna lil min jistqarrhom, lil min jismagħhom jew lil terzi, ħsara gravi li jistgħu jkunu evitati biss billi toħroġ il-verità.

Fost dawn is-sigrieti l-Penitenzier Apostoliku jsemmi “is-sigriet pontifiċju” li jorbot lil persuni li jikkupaw ċerti karigi fis-servizz tas-Sede Apostolika “għall-ġid pubbliku tal-Knisja u s-salvazzjoni tal-erwieħ”.