Żagħżugħ Taljan daħal ġo blokka appartamenti f’San Ġwann dalgħodu, u ndarab meta pprova jaqbeż ġo pixxina, iżda waqa’ għoli ta’ sular. Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena daħal ġol-blokka fi Triq Birkirkara fis-5.45am. Kelliema għall-Pulizija spjegat lil Newsbook.com.mt li huwa qabeż għal fuq ċint madwar pixxina, u mbagħad għal ġo pixxina. Jidher illi reġa’ tela’ u mbagħad, meta pprova jerġa’ jaqbeż, waqa’ minn fuq iċ-ċint li hu sular għoli.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u ssejħet ambulanza, li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar.