Alex Grech, eks kunsillier f’San Ġiljan u eks membru tal-korp tal-pulizija miet wara li kien għaddej minn żmien diffiċli.

Fuq Facebook sellem il-memorja tiegħu l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, li fih Grech kien kunsillier fil-leġiżlatura ta’ bejn l-2012 u l-2015. Huma rringrazzjawh tal-ħidma tiegħu.

Clayton Luke Mula, il-Viċi Sindku, qal li Grech kien bniedem ta’ kuraġġ għal ħaddieħor minkejja li kien għaddej minn żmien diffiċli. Qal li kien jitkellem miegħu ta’ spiss peress li kienu joqogħdu faċċata ta’ xulxin.