L-Arċisqof Eamon Martin jieħu sehem f'marċ Favur il-Ħajja

L-Arċisqof Eamon Martin ipparteċipa fir-“Rally għall-Ħajja” li sar f’Dublin fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn għamel diskors dwar is-santità u d-dritt għall-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.

Fid-diskors tiegħu l-Arċisqof qal: “Illum irrid inkun solidali ma’ dawk l-eluf ta’ persuni fl-Irlanda li jemmnu bis-serjetà li fit-tqala hemm involuti żewġ pesuni – il-ħajja tal-omma u dik tat-tarbija mhux mitwielda – it-tnejn għandhom bżonn l-imġabba, ir-rispett u l-protezzjoni.

Insensittivi għall-valur tal-ħajja

“Illum qed nimxi magħkom għax nemmen li hu mportanti aktar minn qatt qabel li naffermaw is-santità ta’ kull ħajja umana. It-tneħħija diretta jew intenzjonali tal-ħajja ta’ kull persuna umana innoċenti hi dejjem ħażina ħafna – m’għandniex insisru insensittivi għall-valur tal-ħajja umana.

“Aktar minn sena wara r-referendum dwar l-abort, qed nitlob għal aktar għajnuna prattika għan-nisa vulnerabbli ta’ pajjiżna li jħossu li l-uniku mod kif joħorġu minn kriżi hu li jtemmu l-ħajja tat-tarbija li għad ma twelditx. X’għajnuna ġdida qed nagħtu lil dawn l-ommijiet u l-missirijiet li jħossuhom fi kriżi? U x’għajnuna qed noffru lil ġenituri li jħossu li għamlu għażla żbaljata meta għamlu abort?

“Jien imħasseb serjament dwar għajdut li qed ikunu kunsidrati emendi għal-liġi Irlandiża li se jkunu diskussi fil-Parlament Ingliż il-ġimgħa d-dieħla maħsuba biex ineħħu il-liġi il-protezzjoni legali għat-tarbija fil-ġuf u tidħol ma ddumx il-legaliżazzjoni tal-abort meta titlobha l-mara. Xi traġedja umana hi din li leġislaturi jfittxu jgħaġġlu t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk fis-soċjetà tagħna li mhux kapaċi jiddefendu lilhom infushom”.

Apell lill-Parlamentari

L-Arċisqof Deamon żied jgħid li “Bħal ħafna oħrajn, nemmen bis-sħiħ li l-Irlanda ta’ Fuq ikollha l-Eżekuttiv tagħha li jaqdi l-ġid komuni tal-poplu tagħna. Hemm xi ħaġa verament ċinika li wieħed jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni politika attwali biex ineħħi d-dritt għall-ħajja lil dawk l-aktar vulnerabbli – it-tfal mhux mitwielda.  B’dan il-mod, il-ġid komuni ma jkunx moqdi.

“Qafas legali li jipproteġi l-ħajja umana li għad ma twelditx ikun stqarrija importanti tar-rispett dovut lil kull tarbija u dwar is-soċjetà li ngħixu fiha. Għalhekk nitlob lill-Kattoliċi u lil dawk kollha li bħalna jemmnu fid-dritt għall-ħajja, biex jikkuntattjaw lill-membri tal-Parlament b’urġenza u jitolbuhom jivvutaw kontra l-attentat biex titneħħa l-protezzjoni legali lit-trabi mhux mitwielda”, temm jappella l-Arċisqof Martin.