Ritratt: Facebook

Il-ġimgħa li għaddiet Kevin Borg kien jinsab l-ewwel post fil-klassifika mużikali fil-Ġappun permezz ta’ album li kiteb u pproduċa għall-grupp mega popolari Ġappuniż Arashi.

Illum ħarġet l-aħbar li dan l-istess album issa jinsab l-ewwel fid-dinja kollha.

F’ġimgħa fil-fatt inbiegħu xejn inqas minn 1.3 miljun kopja ta’ dan l-istess album

Il-World Chart Music hija l-iktar lista prestiġġjuża fid-dinja kollha il-għaliex janalizzaw kemm inbiegħu albums minn ġimgħa għal ġimgħa fil-pajjiżi tad-dinja kollha u jgħaqdu kollox u jaraw minn ikun ranked l-iktar bħala sales globali.

Huma l-iktar artisti popolari li jagħmluha din il-lista.

Għal dan l-album, Kevin Borg ikollabora ma’ wieħed mill-kollegi tiegħu Peter Nord.

“Li nara lil Chris Brown fuq l-istess lista kif ukoll lil Bruce Springsteen u lil Kylie Minogue u li fuq kollox qbiżnihom fis-sales huwa ta unur kbir ħafna għalijja ghax dawn huma artisti li jien nismagħhom frekwentament,” ikkummenta magħna Kevin Borg.

Din hija t-tielet darba li kellu l-iktar song mibjugħa fid-dinja wkoll.

“Ferħan ħafna ħafna bħalissa! Grazzi lil kulħadd tas-sapport kontinwu,” temm jgħidilna.

Kevin Borg kien rebaħ l-edizzjoni tal-2008 tal-kompetizzjoni Swedish Pop Idol u fi ftit tal-ġimgħat oħra se narawh fil-parti ewlenija ta’ Alfred il-Kredu f’Il-Kbir Għadu Ġej, musical bis-sehem ta’ bosta artisti magħrufa u li se jkun qed idur madwar uħud mill-ikbar suċċessi ta’ Freddie Portelli

AQRA: Freddie Portelli jitpaxxa bil-provi

AQRA: Freddie Portelli għal ġol-klabbs!