Il-Ministeru għat-Turiżmu qal li sar infurzar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex illum filgħodu.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li s-settur tat-turiżmu huwa importanti ħafna għal Malta u li għalhekk huwa importanti li tinżamm l-ordni u lil-awtoritajiet ikunu f’saħħithom fuq l-infurzar.

Mizzi qal li l-infurzar li sar juri kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) mhux se taċċetta l-ebda azzjoni llegali li tittieħed f’Malta.

Qal li l-bajjiet pubbliċi għandhom ikunu aċċessibli għal kulħadd, inkluż it-turisti u l-Maltin u l-Għawdxin.