L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) qalet li l-membri tagħha bdew jistaqsu jekk hemmx bżonn mina jekk ikun hemm servizz ġdid ta’ vapuri matul is-sena kollha.

Ma’ Newsbook.com.mt, l-assoċjazzjoni qalet li xi membri kienu qajmu tħassib dwar jekk kienx hemm veru bżonn ta’ dan l-investiment enormi f’mina taħt il-baħar bil-konsegwenzi kollha li ġġib magħha.

Il-mina: “Żieda fl-għoli tal-ħajja”; “Kwalità ta’ ħajja aħjar”?

Il-GTA spejgat li l-introduzzjoni tar-raba’ vapur u s-servizz ta’ ħelikopter li għandu jkun hemm fil-futur juru li kwistjonijiet ta’ konnettività bejn Malta u Għawdex jistgħu jissolvew b’titjib fit-trasport bil-baħar u l-ajru.

Il-GTA għamlet dawn il-kummenti wara li ħarġet stqarrija li fiha qalet li l-introduzzjoni tan-Nikolaos f’Ġunju wasslet għal żieda fil-vjaġġi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr kif ukoll tnaqqis fil-ħinijiet ta’ stennija.

Filmat: “Id-disinn tal-mina lest għalkollox” – Franco Mercieca

Fast ferry sal-Port il-Kbir?

Il-GTA staqsiet xi jkun ifisser li kieku jkun hemm saħansitra servizz ta’ fast ferry ta’ persuni, karozzi, u merkanzija lejn il-Port il-Kbir.