Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Karmenu Buttigieg.

Dan tħabbar f’post fuq Facebook min-neputi tiegħu li qal li Buttigieg ħa l-aħħar nifsijiet tiegħu fl-Isptar Mater Dei kmieni dalgħodu.

Buttigieg kien magħruf ma’ bosta bħala Il-Fratell. Buttigieg huwa Għawdxi u kien elett fil-Parlament lura fl-1976 u fl-1981.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Buttigieg u qal li l-Għawdxin u dawk midħla fil-Partit Laburista għandhom tifkiriet pożittivi tal-ħidma li wettaq Karmenu Buttigieg b’risq is-soċjetà u l-kawża tal-ħaddiem.