Raġel ta’ 58 sena minn Bormla dalgħodu nstab ħati li f’Diċembru tal-2017 seraq ġiżirana tad-deheb li l-valur tagħha huwa ta’ madwar €500 minn ħanut fil-Belt Valletta. Huwa kien akkużat ukoll li seraq mowbajl minn baskett, €250 fi flus kontanti minn ħanut tal-ikel fid-29 t’April u li kien reċediv. Huwa ngħata senjtejn ħabs.

L-Ispettur li kien qed imexxi l-prosekuzzjoni qal li l-akkużat ammetta mill-ewwel l-involviment tiegħu f’dan il-każ. Ammetta wkoll li prova jisraq minn ħanut ieħor tad-deheb iżda wara li kisser il-ħġieġa ħarab minn fuq il-post.

Wara li sema’ dak kollu li kellha xi tgħid il-prosekuzzjoni, l-Maġistrat ddeċieda li l-piena għandha tkun minima jiġifieri dik ta’ sentejn ħabs, minħabba l-fatt li l-akkużat ammetta fl-istadju bikri tal-investigazzjoni madankollu ħa inkonsiderazzjoni r-rekord kriminali tal-akkużat.