FB: Balzan FC

Spikkat il-logħba bejn Balzan FC u Domzale mill-ewwel leg ta’ kwalifika fil-kompetizzjoni tal-Europa League. Kienet logħba missielta fejn Balzan għalkemm wara biss ħames minuti kienu b’wieħed minn taħt, irnexxielhom iqumu għall okkażjoni u juru snienhom.

Kien Ricardo Correa li fl-34 minuta ġab id-draw għal Balzan. Uros Ljubomirac skurja biss tliet minuti wara biex b’hekk Balzan marru fuq quddiem. Balzan spiċċaw l-ewwel taqsima fuq quddiem bl-iskor ta’ 2-1. Ftit minuti biss mit-tieni taqsima, Slobodan Vuk ġab id-draw għal Domzale. Fis-56 minuta kien Alfred Effion li reġa’ poġġa lil Balzan fuq quddiem, biex imbagħad Gregor Sikosek ġab id-draw għal Domzale.

Sfortunatament lejn l-aħħar tal-logħba, Balzan sofrew gowl ieħor biex b’hekk il-logħba spiċċat Balzan 3 u Domzale 4.

Hibernians lagħbu kontra Shakhytor Soligorsk barra minn darhom. Sfortunatament Hibs tilfu l-logħba bl-iskor minimu ta’ 1-0.