Ir-riżultati tal-MATSEC se joħorġu nhar it-Tnejn li ġej.

Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għad-Dipartiment tal-MATSEC li spjegat li propju għada se jiġu impustati r-riżultati u dawn jaslu bil-posta għand kulħadd nhar it-Tnejn li ġej. Qalet ukoll li dawk kollha li applikaw biex jirċievu r-riżultat permezz ta’ SMS se jkunu qed jirċevuh ukoll fl-istess ġurnata.

Jidher li llum qamet konfużjoni sħiħa hekk kif bosta kienu dawk li ħasbu li r-riżultati kienu se joħorġu llum. Il-kelliema spjegat li rċevew ammont kbir ta’ telefonati minn persuni jistaqsu dwar id-data ta’ meta se jkunu qed joħorġu dawn ir-riżultati.

Is-sena li għaddiet, ir-riżultati kienu bdew ħerġin fit-13 ta’ Lulju.