Facebook - Shannon Mak

Shannon Mak it-tfajla li fit-3 t’Awwissu li għadda nstabet b’għonqha mħanxar bejn żewġ karozzi f’Santa Venera qalgħet xebgħa kbira madankollu d-daqqa finali kienet daqqa ta’ sikkina f’għonqha.

Ara: Ħanxrilha għonqha wara li kellhom argument

Ara: Instabet f’għadira demm bejn karozza u ħajt

Dan ħareġ fil-Qorti llum hekk kif Dr Mario Scerri espert maħtur mill-Qorti ta x-xhieda tiegħu. L-eks sieħeb ta’ Shannon Mak, Jelle Rijpma, qed jiġi akkużat bil-qtil tagħha.

Meta mistoqsi mill-avukat tal-parte ċivile jekk t-tbenġil li nstab fuq ġisem il-vittma setax kien magħmul mill-vittma biex tweġġa’ lilha nnifisha, l-espert wieġeb “le, le, le” u kompla jispjega li t-tbenġil li t-tfajla kellha ma’ ġisimha jindikaw li hija kienet qalgħet xebgħa kbira. Żied li s-sikkina li ntużat ma kinetx kbira imma taqta’ u spjega li ntużat il-forza kif ukoll kien hemm imbuttar, ġbid, daqqiet u possibiliment anke daqqiet mal-ħajt. Mit-testijiet saru fuq l-akkużat jidher li ma kienx taħt l-effett tas-sustanzi.

Ara: Ġera wara l-mara sakemm ħanxrilha għonqha fit-triq

Xehdu wkoll l-patoloġisti forensiċi Marie Therese Camilleri u Salfraz Ali li wettqu l-awtopsja fuq il-vittma. Huma qalu li l-vittma mietet wara li tilfet ħafna demm mill-ferita li kellha f’għonqha.

Dr Daniel Vella fix-xhieda tiegħu qal li huwa wasal fuq il-post wara li l-katavru ta’ Shannon Mak ittieħed minn fuq il-post. Huwa qal li minn fuq il-post fejn instabet il-vittma ttieħdu diversi kampjuni li rriżulta kienu taż-żejt taż-żebbuġa. Fuq il-post kien hemm ukoll biċċiet tal-ħġieġ aħdar u l-bażi tal-flixkun. Vella spjega li biċċa mill-ħġieġ kellha likwidu aħmar u din ittieħdet bies isiru t-testijiet tad-DNA fuqha.

Ara: Qtil Santa Venera:  Missierha jolfoq fl-awla; qraba jsabbruh