Francesca Mifsud: Miss Universe Malta 2018

Illejla se ssir ir-raba’ edizzjoni tal-konkors Miss Universe Malta f’xandira diretta fid-8.45pm fuq TVM, Dan l-avveniment, ippreżentat minn Ben Camille u Sarah Zerafa, hu organizzat minn Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza minn Glow Promotions.

Ben Camille u Sarah Zerafa, il-preżentaturi ta’ Miss Universe Malta 2019. Ritratt: Facebook

Illejla 25 tfajla se jkunu qed jikkompetu bejniethom għat-titlu rebbieħ u b’hekk ikunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna flimkien ma’ 90 pajjiż ieħor fil-konkors internazzjonali tal-Miss Universe.

Fil-fażi finali tal-lejla, it-tfajliet se jikkompetu f’oqsma differenti fosthom bl-ilbies eleganti, malji tal-għawn u anki se jkollhom iwieġbu diversi mistoqsijiet.

Illejla wkoll, Francesca Mifsud se tgħaddi l-kuruna tagħha lil min se jirbaħ u li fid-19 ta’ Diċembru se jkun qed jirrappreżenta ‘l pajjiżna fit-68 edizzjoni tal-Miss Universe li se jsir fil-Korea t’Isfel.

Ara hawnhekk min huma l-parteċipanti tal-lejla: