REUTERS/Parwiz

Tifel armat b’bomba suwiċida waqt festin ta’ tieġ fl-Afghanistan wassal sabiex jinqatlu 10 persuni u jindarbu 40 skont uffiċjali.

Kelliem għall-governant tal-provinċja ta’ Nangarhar qal li tifel ħaddem l-isplusivi f’dar ta’ komandant militanti favur il-Gvern fid-distrett ta’ Pacheragam.

Dawn il-militanti ġeneralment jaħdmu mal-forzi tas-sigurtà fl-Afghanistan sabiex jipprevjenu li territorji jaqgħu f’idejn it-Taliban u l-Istati Islamiku.

Ix-xahar li għadda, il-militanti tat-Taliban qatlu 26 membru tal-militanti fit-Tramuntana tal-Afghanistan.

Sa issa l-ebda grupp għadu ma ħa r-responsabbiltà tal-każ.