CMRU

Mara anzjana ttajret minn karrozza f’Tas-Sliema. Il-mara ttieħdet l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi gravi.

Il-mara ttajret minn Libjan ta’ 51 sena fi Triq San Pawl f’ Tas-Sliema il-bieraħ għal ħabta tal-ħamsa u nofs.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.