Skont xi rapporti, Mauro Icardi wissa’ li se jkun qed jibqa’ sentejn oħra ma’ Inter biex jispiċċa l-kuntratt li għandu. Nhar is-Sibt kien ikkonfermat li Inter ma kinux se jieħdu lil Icardi għall-International Champions Cup u waslu wkoll biex bagħtuh lura d-dar f’nofs it-training camp li qed issir f’Lugano.

Għalkemm il-klabb qal li din id-deċiżjoni ttieħdet fi qbil mal-plejer, La Repubblica qalet li l-attakkant ma tantx ħa din l-aħbar tajba. Icardi ġie kwotat li qal li anka jekk jiħduli l-paga, hu ried li jibqa’ ma Inter sal-aħħar tal-kuntratt.