Il-Knisja monumentali ta’ Kristu Re fir-Raħal l-Ġdid se tingħaqad mal-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl fir-Rabat u se jibda l-proċess biex tiġi elevata għal Bażilika.

Dan ħabbru l-Arċisqof Mons. Charles J Scicluna fil-bidu ta’ viżta pastorali f’Raħal il-Ġdid. Waqt pontifikal immexxi mill-Arċisqof Scicluna ta din l-aħbar li ntlaqet b’ferħ kbir mill-Pawlisti li ppakkjaw il-knisja għal din iċ-ċelebrazzjoni. Mons. Scicluna se jkun qed iwassal din it-talba quddiem il-Papa.

Bħal-lum sena u wara nuqqas ta’ 51 sena, Arċisqof ikkonkluda proċess simili fil-knisja tal-Mosta li saret il-ħdax il-Bażilika fil-gzejjer Maltin. Fid-dinja hawn madwar 1400 bażilika u dan it-titlu jingħata mill-Papa nnifsu lill-knejjes li jkolljom sinifikat storiku.

Jibda l-proċess biex il-Knisja ta’ Kristu Re ssir Bażilika