Facebook - BAG

Il-Bicycle Advocacy Group (BAG) qal li intużat żebgħa fit-triq fiż-żona f’Tal-Balal f’San Ġwann li hija perikoluża u li tista’ twassal għal inċidenti fatali.

Fuq Facebook, il-BAG appellat liċ-ċiklisti biex ma jużawx il-karreġġjati mgħamula minn Infrastructure Malta f’Tal-Balal f’San Ġwann. Qalet li l-karreġġjati ma jilħqux l-istandards kif suppost.

“Żebgħa ħadra mhix alternattiva għal infrastruttura għaċ-ċiklisti, speċjalment f’junċtion tant traffikuża. Apparti mill-konfużjoni għas-sewwieq tal-karozzi, diżinn bħal dan iżid il-periklu għaċ-ċiklisti,” qalet il-BAG.

Dwar iż-żebgħa li intużat, il-BAG qalet li din tiżloq. Spjegat li jekk it-triq tkun imxarrba dawn il-karreġġjati jkunu hemm għalxejn.