Studju mill-Universitá t’ Sorbonne f’Pariġi, żvela li l-livelli ta’ zokkor fid-demm jistá jkabbar ir-riskju tal-kanċer.

Skont ir-riċerkaturi ta’ Sorbonne, bibiti biz-zokkor huma dawk li jkollhom iktar minn 5 fil-mija zokkor li jinkludu juices, soft drinks, milkshake, tè jew kafè biz-zokkor.

Nies li jixorbu daqs 185ml ta’ drinks biz-zokkor kellhom iktar inċidenzi ta’ cancer minn dawk li jixrobu biss 30ml tal-istess drink f’ġurnata.

The BBC stqarr madanakollu li r-riċerka Franċiza mhix konklussiva għax sempliċiment sabet mudelli simili fid-data miġbura. L-esperti jridu jistudjaw ir-riċerka iktar biex jispjegaw dawn il-mudelli.

L-artiklu jikkonkludi li min jixrob dawn it-tip ta’ bibiti x’aktarx li jkollu ukoll drawwiet ta’ dieta ħażina ibbażata fuq il-melħ u kaloriji għolja.

Il-BBC jikkwota il-Fond Dinji għar-riċerka dwar il-Kanċer (World Cancer Research Fund) li stqarr li min jaqta’ lura minn ikel mielaħ qed inaqqas ir-riskju li jiżviluppa kanċer tal-istonku.

L-artiklu jgħid li jkun hemm madwar 6,000 każ tal-kanċer tal-istonku fir-Renju Unit biss u l-Fond Dinji għar-riċerka tal-Kanċer jistma li madwar 14 fil-mija tagħhom jista’ ikunu evitati jekk kulħadd ma jaċċediex il-limitu ta’ 6g melħ kuljum.

Il-BBC jikkwota lil Lucy Boyd mir-riċerka tal-Kanċer tgħid li “din ir-riċerka jikkonferma dak li qed jgħid rapport mill-Cancer Research UK ippubblikat dan l-aħħar li ħafna melħ qed jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għal ammont ta’ nies li jaqbadhom kanċer fl-istonku fir-Renju Unit.”

Melħ żejjed hu ħażin għal pressjoni li tistá twassal għal mard fil-qalb u wieħed irid joqgħod attent għall-ikel li jiġi konsmat u jibbaża d-dieta tiegħu fuq frott u ħaxix.