Colors of rainbow. Variety of casual clothes on wooden hangers, isolated on white.

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ngħata sentenza ta’ 3 xhur ħabs sospiżi b’sena wara li ammetta li seraq ħwejjeġ minn ħanut fil-Belt Valletta. Huwa kien ukoll fil-pussess ta’ 10 grammi pjanta tal-kannabis u l-puntell li kien juża biex jaqla l-alarms minn mal-ħwejjeġ.

Fil-Qorti ħareġ li l-valur tal-ħwejjeġ kien ta’ €150. Fl-istqarrija li ta lill-Pulizija ż-żagħżugħ qal li kien jisraq biex ikun jista’ jibgħat il-flus lil familtu fil-Libja. Rigward l-10 grammi ħaxixa, il-Libjan qal li jpejjep 10 sigaretti tal-ħaxixa kuljum.

Il-Maġistrat fis-sentenza kkundannatu għal 3 xhur ħabs sospiżi b’sena u ordnat li isem iż-żagħżugħ ma jixxandarx.