Twitter

Disa’ persuni tilfu ħajjithom hekk kif l-ajruplan li kienu abbord fuqu kkraxxja fil-Belt ta’ Umea, fit-Tramuntana tal-Iżvezja.

Il-vittmi, li kienu kollha Żvediżi, kienu qed jitwasslu biex jipparteċipaw f’attività ta’ skydiving.

L-ajruplan waqa’ ftit ħin wara li telaq mill-ajruport ta’ Umea.

Ir-Re tal-Iżvezja esprima l-kondoljanzi tiegħu fi stqarrija permezz tas-sit soċjali Facebook. Anke l-Prim Ministru Żvediż esprima d-dispjaċir tiegħu u qal li l-awtoritajiet huma viċin il-qraba tal-vittmi.