L-industrija tat-turiżmu fis-Sri Lanka ħadet daqqa kbira bl-attakki tal-Għid il-Kbir, u ma tidhirx li se tirkupra minn dan fil-futur qarib.

Aqra: Sri Lanka: Jiftħu l-iskejjel imma jirrenja l-biża’ ta’ attakk terroristiku ieħor

Pearl Divers, skola tal-bugħaddasa f’waħda mill-bajjiet tas-Sri Lanka, għalqet għal xahrejn wara li kien hemm attakki fl-iskejjel u knejjes fl-Għid il-Kbir li qatlu aktar minn 250 persuna. L-iskola ma kellhiex klijenti peress li t-turisti ħassru l-vaganzi li kellhom pjanati. Il-maniġer tal-iskola Nuwan Harshana waqaf jaħdem għal xahrejn.

Aqra: Il-Gvern ta’ Sri Lanka waqqaf Kunsill għar-Rikonċiljazzjoni bejn ir-Reliġjonijiet

Il-ġimgħa li għaddiet, huwa rritorna fl-iskola, bit-tama li jerġgħu jibdew jitfaċċaw it-turisti, iżda huwa qata’ qalbu li n-negozju jerġa’ lura għan-normal. Spjega li issa li għaddiet il-kwistjoni, mhu qed ikollhom l-ebda klijenti. Hu beżgħan li ma jdaħħalx biżżejjed flus biex jieħu ħsieb lil martu u liż-żewġ uliedu, filwaqt li jibqa’ jħallas id-djun li għandu.

Fis-Sri Lanka; 359 persuna mejta

L-ekonomija tas-Sri Lanka tiddependi ħafna fuq l-industrija tat-turiżmu.