Lewis Hamilton irnexxielu jirbaħ il-Grand Prix Brittaniku għal numru rekord ta’ sitt darbiet f’tellieqa missielta. Waqt it-tellieqa Max Vestappen u Sebastian Vettel sfortunatament ħabtu.

Il-battalji bejn is-sewwieqa tul it-tellieqa għamlet it-tellieqa xi ftit drammatika. Din kienet meqjusa bħala l-aqwa tellieqa li saret tul l-istaġun s’issa. Hamilton irnexxielu jibbenefika mill-perjodu ta’ sigurtà biex kompla t-tellieqa fl-ewwel post wara li Valtteri Bottas waqa’ lura minħabba attakk bikri minn sieħbu ta’ Mercedes stess.

Warajhom kien hemm Charles Leclers ta’ Ferrari u Verstappen ta’ Red Bull li dwellaw bejniethom għat-tielet post.