Jekk ma jgħaddix jum li ma tkunx trid tmur il-baħar, u anke fit-temp tal-lum tkun trid tmur tgħum, ara li tmur fejn hu l-inqas perikoluż.

Skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċċju Meteoroloġiku l-baħar se jkun moderat għall-qawwi, bl-imbatt baxx u mħawwad li jsir baxx għal moderat mill-Punent Majjistru. Hemm twissija wkoll ta’ riħ qawwi, mill-Majjistral li jdur mill-Punent Majjistru. Din it-twissija tgħodd sas-6.30pm.

Fejn tista’ tmur tgħum illum?

Illum l-għażla mhix daqstant vasta, 5 bajjiet biss huma nieqsa mill-periklu.

Jekk qiegħed Malta:

Il-Ħofriet
Marsaxlokk
Il-Bajja s-Sabiħa

Jekk qiegħed Għawdex:

Ħondoq ir-Rummien
Imġarr ix-Xini

Maltese Islands Weather, paġna indipendenti tat-tbassir tat-temp fuq Facebook, qed twassal kuljum mappa li fiha tindika l-aħjar bajjiet li fihom wieħed jista’ jmur jgħum. Minbarra l-bajjiet rakkomandabbli tindika wkoll il-bajjiet li għandhom jiġu evitati. Dan minħabba bram u baħar imqalleb fost l-oħrajn. Ġeneralment din il-lista tiġi aġġornata kull filgħodu. Dan is-servizz se jibqa’ jingħata sat-30 ta’ Settembru.

Aktar dettalji hawn