L-eks attakkant tal-Ingilterra Peter Crouch spiċċa l-karriera tiegħu fil-futbol fl-età ta’ 38 sena wara li għamel aktar minn 21 sena jilgħab b’mod professjonali. L-eks plejer ta’ Portsmouth, Aston Vlla, Liverpool u Stoke spiċċalu l-kuntratt ma’ Burnley fl-aħħar ta’ Ġunju.

Crouch lagħab b’kollox ma’ 11-il klabb u rnexxielu jgħaqqad 42 cap mal-Ingilterra.

Waqt intervista Crouch qal li l-karriera tiegħu kienet ħolma li saret realtà. Hu qal li l-logħba tagħtu dak kollu li xtaq. Hu rringrazja lil kulmin għenu tul il-karriera tiegħu u min għenu biex għamel dan iż-żmien kollu jilgħab.