Id-ditta tal-ħwejjeġ Zara ħabbret li sal-2025 il-kollezzjonijiet kollha tagħha se jkunu magħmulha 100% minn drappijiet sostenibbli. Il-kumpanija Inditex li hija t-tielet l-akbar fid-dinja minn Forbes qalet li ditti oħra bħal Zara Home, Massimo Dutti u Pull and Bear se jkunu qed jagħmlu l-istess.

Il-kumpanija qalet li din hija waħda mill-miżuri favur ambjent sostenibbli. Miżuri oħra li se jkunu qed jittieħdu sal-2025 huma li 80% tal-enerġija kkunsmata mill-uffiċini, l-fabbriki u l-ħwienet se tkun enerġija rinovabbli kif ukoll se jaħdmu biex ma jinħoloqx skart.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Inditex Pablo Isla qal li mhux il-kumpanija biss trid tindibel iżda is-settur kollu.