It-temp se jerġa’ jisħon fil-jiem li ġejjin, wara li Malta ħadet nifs mis-sħana tikwi bir-riħ u xita ta’ dawn l-aħħar jumejn.

Is-sit Maltese Islands Weather spjegat li ġejja roqgħa ta’ arja bi pressjoni għolja fuq il-punent tal-Mediterran qed tespandi u se tersaq lejn Malta biex tgħatti ċ-ċentru tal-Mediterran. B’hekk, it-temp ta’ dawn l-aħħar jumejn malajr se jerġa jsir xemxi, u l-ogħla temperatura terġa tilħaq it-30°C.

Aqra: Mewġa ta’ sħana oħra għal 10 ijiem; se tinħass 42°C

Dan hekk kif dawn l-aħħar jumejn kien hawn temperatura ta’ inqas mill-medja, riħ qawwi, u xi ftit xita. Issa, ir-riħ mistenni jieqaf kważi għal kollox u se jerġa jibda jkun ħafif u varjabbli. Dan it-titjib fit-temp se jaqbad ir-ritmu sew matul il-ġimgħa li ġejja, meta t-temperaturi se jilħqu 33°C jew aktar. L-anqas billejl se terġa tibda tkun aktar minn 23°C.

L-organizzaturi tal-festi jistgħu jerġgħu joħorġu t-tiżjin delikat, u kulħadd jista’ jserraħ rasu li t-temp ikrah għadda.

Aqra: Waslet il-Festa!