L-allegat rebbieħa tal-€820,000 tal-lotterija Quaterno fetħet kawża kontra l-kumpanija tal-lottu Maltco Lotteries peress li qed targumenta li qaltilhom tliet darbiet li huma tagħha l-flus. Dan sabiex twaqqaf il-kumpanija milli tagħti flusha lil Fondi Kawżi Ġusti, peress li l-kumpanija qed tgħid li l-premju ma nġabarx mir-rebbieħ. Hi kienet tilfet il-biljett ir-rebbieħ minħabba intervent mediku fl-Isptar Mater Dei.

Il-biljett ir-rebbieħ tela’ fit-18 ta’ Mejju, u r-rebbieħ kellu sal-lum, 17 ta’Lulju, biex jiġbor il-premju. Fil-5 ta’ Lulju, Maltco kienet qalet li r-rebbieħ l-biljett rebbieħ inqata’ l-Qawra u qata’ ħames numri mit-tmienja li telgħu: 71 – 23 – 75 – 6 – 27 -56 – 81 – 8. Kienet stqarret ukoll li jekk ma jinġabarx, il-premju jmur għall-Fondi Kawżi Ġusti.

Aqra: Maltco tfittex ir-rebbieħ ta’ €820,000

Però, il-mara qed tallega li kienet qaltilhom tliet darbiet li dawk huma l-flus tagħha, darba informalment, it-tieni darba permezz ta’ ittra ġudizzjarja u t-tielet darba billi fetħet każ il-Qorti fit-8 ta’ Lulju. Barra minn hekk, ingħata l-permess biex jiġi aċċessat dejta mogħtija lill-kompjuters tal-Maltco.

Hi qalet li tilfet il-biljett ir-rebbieħ minħabba daħlet l-Isptar Mater Dei. Dan minħabba xi problemi tas-saħħa li kienu serji ħafna. Infatti, sostniet li minħabba dawn il-problemi tas-saħħa, il-fatt li tirbaħ il-flus mhix biss ħaġa ta’ premju iżda d-differenza bejn ħajja u mewt.

Stqarret li hija ħaġa sabiħa li jingħataw il-karità, u li hi tagħmel ħafna karità, però li għandha ħafna evidenza li turi li xtrat il-biljett ir-rebbieħ.