YouTube ħabbret li s-servizzi ta’ YouTube Music u YouTube Premium issa jinsabu disponibbli f’Malta.

YouTube Music huwa servizz ġdid ta’ streaming tal-mużika maħsub għas-smigħ tal-mużika, li jagħmel id-dinja tal-mużika aktar faċli biex tesplora u aktar personalizzata minn qatt qabel. Kull meta n-nies ikunu jridu jisimgħu, jaraw jew jiskopru l-modi kollha li bihom il-mużika ċċaqlaqhom u tqanqalhom jistgħu jżuru post wieħed: music.youtube.com.

“Minn livestream ta’ Coachella sa videos popolari bħal ‘Me!’, ‘Boy With Luv’ u ‘Thank u, next’, in-nies qed iżuru YouTube biex ikunu parti mill-kultura tal-mużika u jiskopru mużika ġdida. Imma YouTube kien maħsub bħala kontenut viżiv, u dan fisser li segwaċi tal-mużika kellhom ibiddlu ta’ spiss bejn apps tal-mużika u YouTube. Dawk il-ġranet issa huma tal-imgħoddi. Illum b’sodisfazzjoni kbir qed inħabbru li se nkunu qed inwasslu YouTube Music u YouTube Premium lill-Maltin,” qal Azi Eftekhari, il-Kap ta’ Label Relations, EMEA, YouTube.

Is-servizz il-ġdid jinkorpora għadd ta’ karetteristiċi biex jgħin lis-segwaċi tal-mużika jgawdu kemm jistgħu mill-mużika tagħhom:

  • Kollox jinsab hawn. Mhux biss videos tal-mużika, imma anki albums uffiċjali, singles, remixes, live performances, covers u mużika oħra li diffiċli biex issib u li tinsab biss fuq YouTube.
  • Rakkomandazzjonijiet mibnija madwarek. Pjattaforma fejn il-home screen b’mod dinamiku jaddatta ruħu biex jipprovdilek rakkomadazzjonijiet abbażi ta’ dawk li l-utenti daqqew qabel, fejn jinsabu u x’qed jagħmlu. Qed tagħmel eżerċizzju fiżiku fil-palestra? Qed tivvjaġġa bejn post u ieħor? Il-mużika addatta tinsab hawn, maħsuba propju għalik.
  • Eluf ta’ playlists li jinkludu kull ġeneru, burdata jew attività. Dan ifisser li tista’ issib il-playlist addatta għal dak il-mument partikolari rrispettivament minn x’tip ta’ mużika tħobb, fejn qed, x’qed tagħmel jew x’burdata qed fiha. Żur Blogged 50 biex tiskopri mużika ġdida jew isma’ Indie Under Pressure biex qalbek tħabbat aktar.
  • Funżjoni ta’ smart search biex permezz tagħha tkun tista’ ssib d-diska anki jekk ma tiftakarx x’jisimha. Prova fittex ‘that hipster song with the whistling’ jew ‘That rap song with flute’ bħala eżempji prattiċi. Tista’ tfittex ukoll permezz tal-lirika (anki jekk mhumiex eżatt). Eżempju tfittex ‘Starbucks lovers’ u xorta tingħata lista ta’ diski.
  • L-iktar videos popolari. Inżommuk aġġornat dwar l-iktar videos popolari mad-dinja kollha u dawn jinsabu kollha miġburin fis-sezzjoni Video Hotlist.
  • Bla internet? Mhux problema. Abbona ma’ YouTube Music Premium biex tisma’ mużika mingħajr riklami, filwaqt li tkun tista’ tniżżel diski. Barra minn hekk, l-Offline Mixtape awtomatikament tniżżel diski li tħobb f’każ li tkun insejt tniżżilhom qabel.

Filwaqt li d-dilettanti tal-mużika se jkunu jistgħu jgawdu l-verżjoni YouTube Music bir-riklami mingħajr ħlas addiżżjonali, YouTube qed toffri wkoll YouTube Music Premium. Dan is-servizz bi ħlas jinkludi background listening, downloads u mingħajr riklami għal €6.99 fix-xahar. Għal perjodu limitat, id-dilettanti tal-mużika jistgħu jiksbu tlett xhur b’xejn ta’ YouTube Music Premium, (€6.99 fix-xahar, wara).

YouTube Premium jitneda llum wkoll

F’Malta, se tkun tista’ tagħżel YouTube Premium, fejn jingħataw aċċess għall-benefiċċji ta’ Music Premium, fosthom esperjenza mingħajr riklami, background u downloads ma’ YouTube kollu. Dan ifisser li se jkun possibbli li tgawdi minn firxa sħiħa ta’ shows u films, YouTube Originals inklużi; fost ħafna oħrajn serje bħal ‘Cobra Kai’. Tista’ tipprova YouTube Premium mingħajr ħlas għal tliet xhur, (€8.49 kull xahar, wara)

L-abbonati ta’ Google Play Music se jingħataw awtomatikament aċċess għal YouTube Music Premium bil-prezz kurrenti ladarba jkun disponibbli. Xejn ma nbidel ma’ Google Play Music – xorta waħda se tkun tista’ taċċessa il-mużika kollha mixtrija, l-uploads u l-playlists minn fuq Google Play Music bħal qabel.

Is-servizzi l-ġodda huma disponibbli għall-iOS u Android. Tista’ tikseb YouTube Music mill-Play Store jew App Store, jew inkella permezz tas-sit music.youtube.com, filwaqt li tista’ tabbona għal YouTube Premium fis-sit youtube.com/premium.

Dan il-kontenut huwa mwassal minn YouTube Music/BPC