Matul is-sena skolastika li għadda kif intemmet inqabżu l-10,600 ġurnata li fihom kien hemm ta’ l-inqas student li ma attendiex ġurnata skola mingħajr ġustifikazzjoni.

Din l-istatistika juri li n-numru ta’ studenti assenti din is-sena huwa ftit inqas minn dawk li tilfu l-iskola b’mod mhux ġustifikat matul 2017/18.

Minn informazzjoni mqiegħda fuq il-mejda tal-Parlament deher li l-assenteiżmu qed jonqos tul l-aħħar tliet snin tant li minn 11,321 jum irreġistrat fis-sena skolastika 2016/17, din iċ-ċifra niżlet għal 10,650 jum fl-aħħar ta’ din is-sena skolastika.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo stqarr ukoll li matul din l-aħħar sena kien hemm 636 tifel u tifla li attendew għas-servizz tal-Breakfast Club fis-sigħat ta’ filgħodu qabel il-bidu tal-iskola, bl-ispriża għax-xiri tal-prodotti għall-kolazzjoni tleħħaq kwazi nofs miljun ewro.

Huwa qal li fuq medja ta’ 172 jum, l-ispiża għal kull student leħqet €85.

Intant hemm 4,789 tifel u tifla oħra li jattendu l-Childcare taħt l-iskema tal-Childcare b’xejn u bl-ispiża tilħaq €15.53 kuljum għal kull tifel u tifla.

It-tweġibiet ingħataw għal mistoqsijiet parlamentari tad-deputati Nazzjonalisti Ivan Bartolo u Herman Schiavone.