Sitt karozzi ħadu n-nar matul il-lejl li għadda f’Ħal Qormi.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema Pulizija li spjegat li l-każ seħħ fl-4am fi Triq il-Wied.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Dwar il-każ infetħet inkjesta.

Filmat: Christian Bezzina