Jake Vella, it-tifel li jbati minn kundizzjoni rari ddaħħal l-isptar b’urġenza lbieraħ filgħaxija skont il-paġna ta’ Facebook ta’ assoċjazzjoni li tgħin tfal b’kundizzjonijiet mediċi rari.

Ir-ROHHAD Association, flimkien ma’ għexieren ta’ persuni oħrajn appellaw lill-pubbliku sabiex jitolbu għal Jake u l-familja tiegħu.

Il-kundizzjoni ta’ Jake twassal biex iżid fil-piż b’mod mgħaġġel ħafna minkejja li jiekol tajjeb u jagħmel l-eżerċizzju.

Aqra: Jake bl-ewwel messaġġ mill-isptar: Għinu lill-annimali