Sewwieqa ġodda fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales hemm ċans li jiġu pprojbiti milli jsuqu bil-lejl bħala mod kif il-pajjiżi jaħdmu għal aktar sigurtà fit-toroq.

Skont il-BBC, hemm pjanijiet li tibda sistema ġdida ta’ liċenzji skont aħbar li ħarġet mid-Dipartiment tat-Trasport. Il-bidla ġiet wara statistika li ħarġet turi li wieħed minn kull ħames sewwieqa jkunu involuti f’ħabta fl-istess sena li jkun għaddew mit-test tas-sewqan.

Madanakollu, oħrajn wissew li miżuri ta’ sigurtà “eċċessivi” jistgħu jkunu ta’ “taħbit mhux neċessarju” fuq is-sewwieqa.

Intant, id-Dipartiment qal li s-sistema se jkollha restrizzjonijiet oħrajn bħal żmien minimu li wieħed irid idum jitgħallem il-karozza u li ma jsirx sewqan b’passiġġiera ta’ taħt ċertu età.