Matul l-2018 l-aktar films popolari għall-Maltin kienu Bohemian Rhapsody, Mamma Mia: Here We Go again u Johnny English Strikes Again. Dan ħareġ fi statistika ġdida tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Skont l-istatistika, 8.2% tal-persuni li marru jaraw film fl-2018 marru jaraw Bohemian Rhapsody, Mamma Mia attratta 5.8% tal-pubbliku u Johnny English 5%. Dawn kienu biss tlieta minn 450 film li ntwerew matul l-2018 fi tmien teatri lokali, bi tnejn minnhom jinsabu f’Għawdex. Bejniethom dawn għandhom 35 screen u post għal 6,716-il persuna b’kollox.

L-istatistika tispjega kif kien hemm 45,011-il wirja ta’ films, b’madwar 100 wirja ta’ kull film. Intant, it-teatri lokali flimkien irreġistraw 839,931 ammissjoni. Il-produzzjonijiet Maltin raw 17,911-il ammissjoni biex b’hekk għamlu €97,000 b’756 wirja. Intant, il-produzzjonijiet barranin raw 822,020 ammissjoni bi dħul ta’ €5.4 miljun f’44,255 wirja.

L-NSO spjega li 91.5% ta’ dawk li marru jaraw film matul l-2018 raw films ġejjin mill-Istati Uniti. Min-naħa l-oħra, l-filma Maltin kisbu l-ammirazzjoni ta’ 2.1%. 11.8% tal-films kienu tat-tip 3D. Intant, 292 film kienu films ta’ fizzjoni, u attrattaw 77.3% tal-ammissjonijiet. Intant films tal-animazzjoni kienu jammontaw għal 49 u attrattaw 19.8% tal-udjenzi.

Kemm kienu twal il-films?

Intant, l-NSO spjegat li 62.4% tal-films kienu ta’ bejn 72 minuta u 120 minuta. Intant 27.3% kienu twal bejn 121 minuta u 180 minuta. Intant, l-itwal films kienu screenings ta’ operetti, ballijiet u wirjiet teatrali, b’total ta’ 165 minuta. Intant, l-iqsar films kienu dawk animati bil-medja tkun dik ta’ 91 minuta.

Iċ-ċinemas ħaddmu 174 persuna matul l-2018, 83.5% minnhom kienu fuq bażi part-time.