U.S. President Donald Trump reacts from the steps of Air Force One after arriving for a campaign rally in Orlando, Florida, U.S., June 18, 2019. REUTERS/Carlos Barria

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li n-Navy Amerikana qerdet drone Iranjan fl-istrett ta’ Hormuz.

Huwa qal li l-aircraft carrier USS Boxer ħadet azzjoni difensiva l-bieraħ meta d-drone wasal sa 1,000 metru qrib il-bastiment.

Min-naħa tiegħu, l-Iran qalet li m’għandha l-ebda informazzjoni dwar l-inċident. F’Ġunju li għadda, l-Iran kien għerreq drone militari Amerikan fl-istess inħawi.

Istati Uniti waħħal fl-Iran waħħal għal diversi attakki fuq tankers fl-istrett ta’ Hormuz li hi meqjusa bħala zone importanti għat-trasport bil-baħar. Il-Gvern ta’ Tehran dejjem ċaħad dawn l-akkużi.

Dan l-aħħar inċident żied il-biża’ ta’ kunflitt militari fir-reġjun.