Alberto Sordi

L-istazzjon RAI qed ikompli jaħdem aktar films bijografiċi u wara li aktar kmieni din is-sena rajna dak dwar Mia Martini, il-film li jmiss se jkun jitratta wieħed mill-ikbar atturi komiċi li ħarġu mill-Italja: Alberto Sordi.

Storia di un commediante huwa t-titlu proviżorju ta’ dan il-film televiżiv li nistennew li jixxandar is-sena d-dieħla. Se jkun jitratta ħajjet dan l-attur ċelebri mis-Snin 30 sas-Snin 50 u d-direzzjoni se tkun f’idejn Luca Manfredi li fl-2017 kien idderieġa film biografiku ieħor ta’ suċċess: In Arte Nino, dwar Nino Manfredi.

Dwar il-film bijografiku dwar Alberto Sordi diġa’ ġie ppubblikat l-ewwel ritratt promozzjonali. dak li juri lil Edoardo Pesce li se jkun qed jidħol fiż-żarbun ta’ Sordi.

Dan ir-ritratt diġà qajjem ħafna interess għax huma ħafna li qed isostnu li x-xebħ bejn Sordi u l-mod kif se jidher Pesce f’dan il-film huwa inkredibbli.

X’taħsbu intom? Qed tarawh ix-xebħ bejn Sordi u l-attur Edoardo Pesce li se jinterpretah?