CMRU

Raġel sofra minn ġrieħi ħfief l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi fil-Mosta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.15pm illum fi Triq il-Kostituzzjoni.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li vettura telqet minn fuq il-post. Karozza minnhom kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Etjopja li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Ir-raġel li għandu 46 huwa ta’ nazzjonalità Taljana, ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.