It-tfal u l-isport b’mod ġenerali jmorru tajjeb flimkien. Veru li mhux it-tfal kollha jkunu jridu jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi għax forsi jkunu jippreferu attivitajiet oħra, ħafna oħrajn jieħdu gost bl-opportunità li jkunu involuti f’esperjenza atletika.

L-għażla ta’ sport għat-tifel/tifla ta’ dak li jkun hija deċiżjoni importanti għal kwalunkwe ġenitur. Xi tfal jieħdu gosta aktar jilgħabu f’xi tim filwaqt li oħrajn jippreferu sport individwali. It-tipi ta’ statura li jkollhom tagħmel ukoll differenza, mhux kull sport hu l-istess. Xi tfal se jkunu aktar interessati fl-isport b’impatt baxx filwaqt li oħrajn se jkunu aktar entużjasti biex jieħdu sehem fi sport li jinvolvi aktar il-fiżika.

Huwa tajjeb li għal bidu t-tfal jippruvaw sport differenti kemm dak li jirrikjedi tim, kif ukoll sport li huwa aktar individwali. Ara għal liema sport it-tfal juru entużjażmu lejh qabel tiddeċiedi fejn se tibgħat lit-tfal.