Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet dgħajsa li kien fuqha.

Il-każ ġie rrappurtat għall-ħabta tal-5.15pm tal-Ħadd waranofsinhar, meta l-Pulizija kienet infurmata bl-inċident li seħħ fuq il-baħar bejn ix-Xlendi u d-Dwejra, Għawdex.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jassistu lill-Pulizija tad-Distrett.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fuq id-dgħajsa li nqalbet kien hemm tliet irġiel ta’ 29 sena, residenti x-Xewkija, Ħal Luqa u s-Siġġiewi.

Dawn iddaħħlu l-port tax-Xlendi permezz ta’ dinghy. Huma ttieħdu lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.

Ir-raġel li joqgħod x-Xewkija ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Filwaqt li l-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra għadha mhix magħrufa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini ġie nfurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.