Malta Police Force

Raġel ta’ 75 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.10pm il-Ħadd waranofsinhar.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt. Ir-raġel li huwa residenti mill-Gżira ġie milqut minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Eritrea.

L-anzjan ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.