Ilbieraħ il-Ħadd 21 ta’ Lulju il-film Avengers: Endgame qabeż fid-dħul fil-box office fid-dinja s-somma inkredibbli ta’ $2.7902 biljun u b’hekk qabeż lill-film Avatar li kellu dħul ta’ $2.789 biljun maħdum minn James Cameron.

Fl-Ingilterra l-film ‘falla’ għax jinsab fil-ħames post fost l-aktar films li għamlu suċċess fil-pajjiż, fejn Star Wars, The Force Awaken għadu jirrenja fil-quċċata mill-2015 meta daħħal 123.2 miljun lira Sterlina. Warajh jiġu ż-żewġ films ta’ James Bond Skyfall u Specter u  Avatar bi 3 miljun lira Sterlina aktar minn Avengers: Endgame li għamel 91 miljun lira Sterlina.

The Force Awakens għandu l-box office champion fl-Amerika ta’ Fuq li jfisser li s-suċċess ta Avengers: Engame ġej mill- interess kbir li kiseb minn madwar id-dinja kollha.

Il-film, li fih jidhru Robert Downey Jr, Scarlett Johansson u Chris Hemsworth daħħal $629 miljun fiċ-Ċina, $105 miljun mill-Korea ta’ Nofsinhar u $85 miljun mill-Brażil.

L-aktar 10 films ta’ kull żmien li għamlu flus

Iċ-ċifri huma f’biljuni

1) Avengers: Endgame (2019) – $2.790

2) Avatar (2009) – $2.789

3) Titanic (1997) – $2.187

4) Star Wars: The Force Awakens (2015) – $2.068

5) Avengers: Infinity War (2018) – $2.048

5) Avengers: Infinity War (2018) – $2.048

6) Jurassic World (2015) – $1.671

7) Marvel’s The Avengers (2012) – $1.518

8) Furious 7 (2015) – $1.516

9) Avengers: Age of Ultron (2015) – $1.405

10) Black Panther (2018) – $1.346