il-Ħadd 4 ta’ Awwissu hi ġurnata important għall-band lokali Footprints hekk kfi dakinhar se jniedu r-raba’ album tagħhom bl-isem ta’ We Are. Dan se jsir permezz ta’ kunċert li se jsir fil-Hard Rock Cafe ġewwa Bay Street, San Ġiljan fis 7:30pm. Waqt il-kunċert il-band Footprints se ddoqq diversi siltiet ġodda minn dan l-album kif ukoll siltiet oħrajn bi stil classic rock li żgur għandhom jinżlu tajjeb mal-pubbliku li jħobb dan il-ġeneru u stil ta’ mużika.

L-album We Are hu r-raba’ album tal-band Footprints u jiġbor fih 11-il kanzunetta oriġinali tal-band li nkitbu f’dawn l-aħħar tlett snin. Il-kanzunetti kollha huma miktubin minn Bernard Catania, filwaqt li l-arranġament mużikali ħadmu fuqu l-membri kollha tal-band Footprints. Kanzunetti bħal Another Way, Lead Us u Broken huma fuq stil Worship filwaqt li The Fight u Who do you think you are? jittrattaw temi soċjali, politiċi u kulturali. L-album We Are jitratta diversi temi soċjali relevanti għaż-żmien tal-lum, b’emfasi speċjali fuq il-ħsibijiet tal-bniedem u l-post tiegħu fis-soċjetà tagħna.

Kulhadd mistieden għall-kuncert tal-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2019 li se jsir ġewwa l-Hard Rock Cafe, Bay Street.

Għalkemm id-dhul huwa b’xejn, kull min beħsiebu jattendi tajjeb li jibgħat e-mail fuq: footprintsforchrist@gmail.com biex ikollu post riservat.

L-oriġini tal-grupp

Ritratt: Facebook

Il-band Footprints taf il-bidu tagħha fil-lokalità ta’ Ħal Qormi fejn hemmhekk erba’ żgħażagħ li kienu joqogħdu fl-istess akwati kienu ta’ spiss jiltagqħu biex idoqqu flimkien bl-istrumenti tagħhom. Dan kien fil-bidu tas-sena 2000.  Il-membri preżenti tal-band Footprints huma Hilary Spiteri (kitarra), Bernard Catania (kitarra), Keith Scicluna (Bass), Ivan Cassar (Drums) u Jurgen Scicluna (Vocals and Keyboards).

Ta’ sikwit jiltaqgħu biex jippratikaw u jdoqqu flimkien, kif ukoll jiktbu diski oriġinali. Tul is-snin, Footprints hadu sehem f’numru ta’ kunċerti u attivitajiet madwar Malta u issa jinsabu entużjasti beix f’qasir żmien jippreżentaw lill-pubbliku Malti, ir-rabà album tagħhom We Are.