Fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet il-Qorti ordnat li jinħareġ mandat ta’ sekwestru kontra Joffrey Mallia wara li huwa naqas milli jonora l-kuntratt li kellu ma’ tliet nurseries tal-futbol. Il-Ġimgħa li għadda 280 tifel u tifla kellhom jaqbdu titjirta minn Malta għad-Danimarka iżda dawn tħallew l-art ftit sigħat biss qabel it-titjira. Huma kellhom jipparteċipaw f’diversi tournaments fid-Danimarka.

Skont rapporti fil-midja, is-Sibt li għadda it-tliet nurseries taw tlitt ijiem ċans lil Mallia sabiex jirritorna l-flus li ħallsu jiġifieri s-somma ta’ €66,000, huma talbuh iħallas ukoll id-danni li sofrew.

Il-Ġimgħa li għadda ir-rappreżentanti tat-tliet nurseries, Pietà Hotspurs, Birkirkara F.C. Youth Academy u Ħamrun Spartans ippreżentaw ittra ġudizzjarja sabiex jappellaw lil Joffrey Mallia u l-persuni l-oħra biex iżommu mal-obbligi tal-kuntratt. Huwa talbu li jingħataw il-flus lura kif ukoll jitħallsu d-danni li sofrew. L-avukari Franco Debono, Amadeus Cachia u Marion Camilleri qed jidhru f’isem it-tliet nurseries.

Aqra: “Mhux possibbli 4 titjiriet ta’ emerġenza lejn id-Danimarka” – Air Malta