Ritratt: Instagram

Skont rapport li ħarġu, il-kantanta Barbra Streisand siefret il-klieb tagħha 10,000 mil biex ikunu jistgħu jarawha tkanta waqt il-British Summer Time Concert li sar dan l-aħħar f’Londra.

Ritratt: Instagram

Il-klieb tar-razza Coton de Tuléar speċifikament ittajru mill-Istati Uniti għal Londra fejn kellhom ukoll post speċjali fejn setgħu jaraw lil Streisand tkanta waqt dan l-avveniment.

Miss Scarlet, Miss Violet and Fanny, l-ismijiet tal-klieb ta’ Streisand. U taħsbux li dawn kienu marbuta ma jistgħux jiċċaqilqu.

Il-klieb kienu fil-libertà kollha fid-dressing room tagħha filwaqt li waqt li hi kienet qed tkanta, kellhom spazju riservat għalihom b’persuna apposta biex tieħu ħsiebhom.

Ritratt: Instagram