Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 għall-kotba ppubblikati fl-2018.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’April, u t-tieni laqgħa saret fl-uffiċċju tal-KNK nhar il-15 ta’ Lulju, meta l-aġġudikanti ressqu l-lista sħiħa tal-finalisti, kif ukoll il-lista tal-kotba li m’għamluhiex għall-finali u r-raġunijiet warajhom. Dawk l-awturi li l-ktieb tagħhom mhuwiex mal-finalisti jistgħu jikkuntattjaw lill-KNK biex ikunu jafu r-raġuni tal- aġġudikanti.

B’kollox kien hemm 147 sottomissjoni, u minnhom intgħażlu 55 ktieb finalist – 34 għall-adulti u 21 għat-tfal u l-adolexxenti (Premju Terramaxka).

Fil-kategorija tar-riċerka bijografika u storjografika l-finalisti huma maqsuma kważi ndaqs skont in-natura tar-riċerka. Il-kategorija tax-xogħlijiet oriġinali għal tfal sa 7 snin reġgħet kenet l-aktar waħda b’numru ta’ finalisti fil-premji Terramaxka.

Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata, kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura għat-tfal (Premju Terramaxka).

Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru waqt ċerimonja uffiċjali fil-Berġa ta’ Kastilja.

PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB
ISEM L-APPLIKANT 
ISEM TAL-KTIEB 
PUBBLIKATUR 
ISBN
1. RUMANZ (MT, EN)
Clare Azzopardi
Castillo
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-715-4
Lou Drofenik
The Reluctant Healer
Horizons
978-99957-75-32-2
John P. Portelli
Kulħadd Barra Fajża
Horizons
978-99957-75-55-1
2.NOVELLI (MT, EN)
Trevor Żahra
365
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-754-3
Rita Saliba
Fuq Widnejn Torox: U Stejjer Żbukkati Oħra
Klabb Kotba Maltin
978-99932-7-659-3
Joe Friggieri
Il-Fiera tal-Fuħħar: U Stejjer Oħra
Kite Group
978-99957-50-60-2
Rita Saliba
Ħjut
Horizons
978-99957-75-47-6
John P. Portelli
Inkontri ta’ Kuljum
Horizons
978-99957-75-16-2
Lina Brockdorff
Minn Żmien l-Għerien
Horizons
978-99957-75-20-9
3. POEŻIJA (MT, EN)
Louis Briffa
Bil-Boqxiex
Self-published
978-99957-1-206-8
Maria Grech Ganado
Framed
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-752-9
4. DRAMA 
nil
5. LETTERATURA MHUX FITTIVA (MT, EN)
Richard England
Chambers of Memory: Roaming the Mansions of Mnemosyne
Kite Group
978-99957-50-55-8
Marie Briguglio, Steve Bonello
No Man’s Land: People, Place & Pollution
Kite Group
978-99957-50-54-1
6. TRADUZZJONI 
Toni Aquilina
Passjoni Sempliċi
Faraxa Publishing
978-99957-48-80-7
Toni Aquilina
Antigona
Faraxa Publishing
978-99957-48-93-7
Emmanuel Cutajar
Il-Metamorfosi
Faraxa Publishing
978-99957-48-82-1
Alfred Palma
Mewt Ġo Venezja
Horizons
978-99957-75-39-1
7.1 RIĊERKA ĠENERALI (MT, EN)
Steve Borg
Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom It-Tieni Volum
Klabb Kotba Maltin
978-99932-7-697-5
Ġwann Azzopardi
The Apostolato of the Order of St John at the Cathedral of Malta
Mdina Cathedral Chapter
978-99957-1-424-6 (English), 978-99957-1-425-3 (Italian)
Patrick Formosa
A History of Għarb
Salesians of Don Bosco (Malta)
978-99957-1-385-0
Antonio Espinoza Rodriguez, Albert Ganado
An Encyclopedia of Artists with a Malta Connection
Fondazzjoni Patrimonju Malti
978-99909-3-224-9
Carmel Baldacchino
Goal: The Official Encyclopedia of the Malta Football Association
Horizons
978-99957-63-59-6
Charles Briffa
Fl-Arena ta’ Moħħu: Victor Fenech – Esperimenti Stilistiċi u Protesta Soċjali
Horizons
978-99957-75-46-9
7.2 RIĊERKA BIOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA (MT, EN)
Godwin Vella
Humillima Civitas Vallettae: From Mount Xebb-er-ras to European Capital of Culture
Heritage Malta Publishing, Malta Libraries
978-99932-57-65-3
Mario Pace
Marco Largi ovvero Carlo Magri: Drammaturgo Maltese (1617-1693) – Vita e Opere
Midsea Books Ltd.
978-99932-7-655-5
Joseph M. Pirotta
Fortress Colony: The Final Act 1945-1964; Vol. 4 1961-1964
Midsea Books Ltd.
978-99932-7-675-3-hbk.; 978-99932-7-676-0-pbk.
Dion Buhagiar
Francesco Azopardi (1748-1809): Maltese Classical Composer and Theorist
Faraxa Publishing
978-99957-48-94-4
Caroline Miggiani
The Official Colours of Malta: Recording Malta in WWII
Kite Group
978-99957-50-52-7 hbk.; 978-99957-50-53-4 pbk.
Michael Refalo
Giuseppe (De)Brincat: A Gozitan Wine Merchant (1890s-1930)
Kite Group
978-99957-50-47-3
Lawrence Pavia
Trevelyan and Fedden: Encounters with Malta and Gozo
Fondazzjoni Patrimonju Malti
978-99909-3-226-3
Maria Adeodata (Catherine) Testaferrata de Noto
Adeodata Pisani: A Mystic in Mdina
St Peter’s Monastery
978-99957-1-344-7
Ann Gingell Littlejohn
Maurice Caruana Curran: Guardian of Heritage and Justice
BDL Publishing
978-99957-99-42-7
Martina Caruana, Burkard Wehner
The Wignacourt Psalter: A Medieval Carthusian Treasure in Malta
BDL Publishing
978-99957-99-33-5
Christine Muscat
Public Women: Prostitute Entrepreneurs in Valletta, 1630–1798
BDL Publishing
978-99957-99-53-3
PREMJU TERRAMAXKA GĦAT-TFAL U L-ADOLEXXENTI
ISEM L-APPLIKANT 
ISEM TAL-KTIEB 
PUBBLIKATUR
ISBN
XOGĦOL ORIĠINALI 0-7 SNIN / ORIGINAL WORK 0-7 YEARS
Clare Azzopardi
Il-Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-774-1
Sherise Zammit
Ġanni Jżur Pariġi
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-755-0
Saviour Sam Agius
Frollu Jagħmel Ħabib Ġdid
BDL Publishing
978-99957-67-98-3
Saviour Sam Agius
Frollu Jsiefer
BDL Publishing
978-99957-67-99-0
Saviour Sam Agius
Frollu Jgħin fid-Dar
BDL Publishing
978-99957-99-05-2
Saviour Sam Agius
Frollu Jsib Kartiera
BDL Publishing
978-99957-99-06-9
XOGĦOL ORIĠINALI 8-12 SNIN
Antoinette Borg
Avventura Abbord!
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-731-4
Mark Camilleri
Mill-Istorja tal-Futbol Malti
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-734-5
Clare Azzopardi
Għand Rebus Totall (Is-Sħaħar ta’ Petut 1)
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-745-1
John A. Bonello
Irvin Vella Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-716-1
Rita Saliba
Lorella u l-Ġenju Li ma Kienx Jaf Jaqra
BDL Publishing
978-99957-67-97-6
XOGĦOL ORIĠINALI 13-16 SNIN 
Antoinette Borg
Amina
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-776-5
TRADUZZJONI 0-7 SNIN 
Clare Azzopardi
Lupu Lupettu Jrid Isir Supereroj
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-696-6
Rachel Portelli
L-Annimali tar-Razzett
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-698-0
Rachel Portelli
L-Annimali tas-Savana
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-697-3
Noel Tanti
Żgorg, Ħabib mid-Dinja Oħra: Finali Spazjali
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-757-4
Noel Tanti
Żgorg, Ħabib mid-Dinja Oħra: Pilota Perkażu
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-758-1
Sherise Zammit
L-Album tal-Ewwel Sena Tiegħi
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-750-5
TRADUZZJONI 8-12 SNIN 
Dwayne Ellul
Missjoni: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-717-8
Mark Vella
Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Il-Kelb Ifittex Lil Sidu
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-769-7
Mark Vella
Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Sparixxew il-Qtates
Merlin Publishers Ltd.
978-99909-1-770-3
TRADUZZJONI 13-16 SNIN 
nil