Ritratt: Luigi Novi

Miet fl-età ta’ 92 sena l-attur David Hedison li bosta jiftakru bħala Felix Leiter f’żewġ films ta’ James Bond.

L-ewwel darba li deher kien f’Live and Let Die tal-1973 u li kien immarka l-ewwel dehra ta’ Roger Moore bħala James Bond.

16-il sena wara hu rritorna fl-istess karattru f’License to Kill li kellu lil Timothy Dalton bħala l-aġent sigriet Bond.

David Hedison ma’ Roger Moore fil-films ta’ James Bond

Hedison kien deher ukoll fil-film The Fly tal-1958 kif ukoll kellu parti fis-sensiela Voyage to the Bottom of the Sea.

Fl-1980 ħadem fil-film North Sea Hijack.

Fuq it-televiżjoni deher f’għadd ta’ sensiliet fosthom Dynasty, The Colbys, The Love Boat,  The Fall Guy, Fantasy Island, A.D, u Murder, She Wrote, kif ukoll fis-soap operas Another World u The Young & The Restless.

David Hedison miet fit-18 ta’ Lulju, iżda kien fl-aħħar sigħat li l-aħbar ingħatat b’mod uffiċjali minn ulied l-attur.